The Haunted Fort: Tirritorna f’Pembroke Esperjenza Mill-Isbaħ Ta’ Halloween!

Haunted Fort

Il-Forti ta’ Pembroke se jinbidel f’dinja mimlija misteru u divertiment nhar is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2026, hekk kif The Haunted Fort se joffri serata indimentikabbli ta’ attivitajiet, avventuri u divertiment għall-familja kollha!

Din l-attività, li se ssir bejn is-19:00 u l-23:00, se tkun kompletament bla ħlas, b’għadd kbir ta’ attrazzjonijiet għat-tfal u l-familji fl-ambjent storiku u uniku tal-Forti ta’ Pembroke.

Dawk li jattendu se jkunu jistgħu jgawdu minn ħames żoni tematiċi differenti, li se jinkludu tpinġija tal-uċuħ b’temi ta’ Halloween, laser disco, workshops kreattivi, tiżjin tal-qargħa aħmar, logħob interattiv, sfidi u avventuri misterjużi animati, fost ħafna attrazzjonijiet oħra.

Palk apposta se joffri wkoll programm varjat ta’ divertiment tul is-serata kollha, b’mużika, żfin, kompetizzjonijiet sbieħ, logħob u attivitajiet li jinvolvu lill-familja kollha.

Il-forti storiku se jinbidel f’ambjent mill-isbaħ, b’dekorazzjonijiet speċjali ta’ Halloween, dawl atmosferiku, qargħa aħmar u diversi sorpriżi għat-tfal li se joħolqu esperjenza tassew unika għal dawk kollha li jattendu.

It-tfal u l-familji huma mħeġġa jilbsu l-kostumi favoriti tagħhom ta’ Halloween u jingħaqdu f’din iċ-ċelebrazzjoni unika f’Pembroke.

The Haunted Fort nhar is-Sibt, 31 ta’ Ottubru, mis-19:00 sal-23:00, fil-Forti ta’ Pembroke. Id-dħul u l-attivitajiet kollha għat-tfal se jkunu kompletament bla ħlas.

Din l-attività hija organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke bl-appoġġ ta’ Maypole.

Dawn huma l-attivitajiet:

Web Obstacle Walk

Giant Ghost Bowling

Eyeball Spoon Race

Halloween Toss Game

Giant Monster Jenga

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI