“Bħal-Lum Sena Ġrat Xi Ħaġa Speċjali Ħafna! Bruno Daħal F’ħajjitna” – Lorinda Mamo

Lorinda Mamo fakkret li bħal-lum sena wasal l-għażiż Bruno d-dar tagħhom, u dawwlilhom ħajjithom mill-ewwel.

Hu spjegat, “Bħal-lum sena ġrat xi ħaġa speċjali ħafna! Bruno daħal f’ħajjitna u din kienet waħda mill-aqwa u l-isbaħ affarijiet! Henry dejjem kien iħobb il-klieb u kien jattira ruħu lejhom kull fejn immorru. Mill-mument li rajna dan il-kobba suf, konna nafu li għandu jkun il-Bruno tagħna.”

Żiedet tgħid, “Mill-ewwel rikba fil-karozza u naslu d-dar għal niġru wara H fuq l-iscooter tiegħu u l-mixjiet tagħna. Awguri fil-ġurnata li wasal id-dar, lill-għażiż B tagħna.”

Il-klieb jimlew dar bil-ferħ u joffru wens f’mumenti diffiċli. Nawguraw lil din il-familja ħelwa f’din il-ġurnata tant speċjali għalihom!

Ritratt:

Facebook / Lorinda Mamo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI