Shasha Fabri tfakkar lill-għażiża ommha, li bħal llum kienet tiċċelebra għeluq sninha.
Fuq il-mezzi soċjali tagħha hi tikteb, "Ma... kieku llum għalaqt żmienek... kieku illum party kbir żgur... min jaf eee! Kont persuna li tħobb lin-nies u li kien għalik il-ħajja kienet dejjem festa."
Kliem li jolqot il-qalb u li juri r-rabta profonda li kienet teżisti bejnha u ommha, rabta li, minkejja li llum tgħaddi minn ġranet diffiċli ta’ telfa u niket, tibqa’ sors ta’ saħħa, ispirazzjoni u mħabba bla kundizzjoni.
"Nimmissjak Ma u Grazzi, avolja mintix fiżikament hawn magħna, iżda minn hemm fuq ukoll bqajt tipproteġini! Inħobbok Ma," kitbet Shasha.
Shasha għażlet li ma taħbix l-emozzjoni, iżda titkellem b'mod awtentiku u sinċier. Insellmu l-memorja ta' ommha f'dan il-jum.
Facebook/ Shasha Fabri