Il-paġna uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta ħabbret li uffiċjali minn tagħhom marru l-Ironman 70.3 Costa Navarino.
Huma kitbu, “Il-Forzi Armati ta’ Malta tawgura lill-Kaptan Surg Dr Charles Farrugia u lil-Logutenent Jonathan Chetcuti talli temmew b’suċċess l-isfida tal-IRONMAN 70.3 Costa Navarino. Din il-kisba hija xhieda tad-dixxiplina, id-determinazzjoni u l-konsistenza tagħhom, u turi kif, anke minkejja impenji professjonali impenjattivi, il-miri personali jistgħu jintlaħqu permezz tad-dedikazzjoni u l-perseveranza.”
Żiedu jgħidu, “Il-Forzi Armati ta’ Malta tifraħ liż-żewġ uffiċjali għal din il-kisba mill-isbaħ u tirringrazzjawhom talli qed ikunu ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn.”
Nawgurawlhom mill-qalb u ninsabu kburin ferm bihom! Dawn ir-riżultati eċċellenti huma sforz id-dedikazzjoni kbira tagħhom.
Facebook / Armed Forces of Malta (AFM)