Ilbieraħ il-kantant u tabib lokali Gianluca Bezzina u martu Vanessa ċċelebraw id-disa' anniversarju tagħhom mill-ġurnata meta wegħdu mħabbithom lil xulxin.
Illum il-ġurnata, Gianluca u Vanessa flimkien għandhom familja mill-isbaħ u huma l-ġenituri ta' erba' wlied.
Bosta saru jafu bil-vuċi straordinarja u bil-personalità simpatika ta' Gianluca fl-2013 meta hu b'kanzunetta sempliċi li tirrifletti l-karattru umli u twajjeb tiegħu kien irrappreżenta lil pajjiżna fuq il-palk internazzjonali fil-Eurovision Song Contest.
Il-kanzunetta 'Tomorrow' kienet serqet mhux biss il-qalb ta' eluf ta' Maltin iżda wkoll ta' bosta oħrajn madwar l-Ewropa, hekk kif fil-fatt f'dik is-sena Malta kklassifikat fit-tmien post; riżultat pożittiv ferm għal pajjiżna.
Fis-snin riċenti lil Gianluca rajnieh ukoll bħala wieħed mill-membri tal-ġurija ta' The Voice Kids.
Nawguraw lil Gianluca u lil Vanessa iżjed snin ta' mħabba u ferħ.
Facebook / Gianluca Bezzina