Illum, il-kantanta lokali, Christabelle Camilleri ferħet flimkien ma' żewġha, Jordan Camilleri wara li kellhom it-tieni wild.
It-tarbija twieldet illum filgħodu, proprju fit-08:59, u ngħatat l-isem ta' Federica. Din l-aħbar li qasam żewġha, bla dubju ġabet magħha ferħ, emozzjoni u mħabba bla qies. Jordan ħabbar ukoll, li kemm l-omm kif ukoll iċ-ċkejkna Fede jinsabu mistrieħa u tajbin, u għalhekk il-familja għandha aktar minn raġuni waħda għalfejn tiċċelebra.
F’dan il-messaġġ speċjali, ma naqasx ukoll milli rringrazzja lil Carmen Wareing u lit-tim mediku tad-Delivery Suite u tal-Obstetrics Ward 3 fl-Isptar Mater Dei għall-kura, l-għajnuna u s-sapport li tawhom f’dan il-mument tant importanti.
Minn qalbna, nawguraw lil Christabelle, Jordan u ċ-ċkejken Vale, flimkien mal-familja kollha, l-isbaħ xewqat. Jalla Federica tikber f’saħħitha, imdawra b’kull imħabba u ferħ li jistħoqqilha!

Facebook/Jordan Camilleri