Problema Li Ħolqot Skumdità u Inkonvenjenza Għal Residenta Fi Swieqi Ġiet Solvuta Fi Ftit Minuti Mid-Deputat Sindku Jordan Galea Pace.

Kultant, kelma tajba u ftit rieda li wieħed jisma’ lil xulxin ikunu biżżejjed biex tinstab soluzzjoni. Dan kien il-każ ta’ Mari, residenta fis-Swieqi, li sabet ruħha f’sitwazzjoni skomda minħabba trakk tat-toilet portabbli li kien tqiegħed quddiem id-dar tagħha.

F’filmat li qasam fuq il-midja soċjali, id-Deputat Sindku spjega, kif dalgħodu sar jaf b’din is-sitwazzjoni u mill-ewwel ħa azzjoni. Ikkuntattja lill-kuntrattur u stiednu biex jiltaqgħu u jitkellmu bil-kalma, waqt li jixorbu kafè.

Il-kuntrattur wera koperazzjoni kbira, tant li ċempel lill-ħaddiema tiegħu biex imorru jneħħu t-trakk. Huwa spjega wkoll li, minħabba x-xogħol li kien qed isir fil-viċinanzi, kien hemm bżonn ta’ toilet portabbli, iżda fehem li l-post magħżul seta’ joħloq inkonvenjenzi lir-residenti.

Pace, saħaq li f’pajjiż żgħir bħal Malta, id-djalogu u r-rieda tajba għandhom jieħdu post il-pika u l-kunflitt. Min-naħa tagħha, Mari rringrazzjat lill-kunsill minn qalbha. B'hhekk, permezz ta’ konverżazzjoni waħda, reġgħet setgħet tgawdi d-dar tagħha fil-kwiet u l-paċi.

Ritratt:

Facebook/Jordan Galea Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI