Gillian Attard kitbet messaġġ emozzjonanti lil żewġha George f’għeluq sninu, fejn esprimiet l-imħabba u l-apprezzament tagħha għal dak kollu li jagħmel għaliha u għall-familja tagħhom.
Fil-messaġġ tagħha, Gillian stqarret li, għalkemm għal George għeluq sninu jista’ jkun jum bħall-oħrajn, għaliha din id-data tfisser ħafna aktar.
"Għalik forsi ġurnata normali, iżda għalija tfisser ħafna," tikteb Gillian. Tfakkar il-mumenti kollha li għaddew minnhom flimkien, kemm dawk sbieħ kif ukoll dawk diffiċli, u saħqet li tul dan iż-żmien kollu George dejjem kien maġenbha.
Temmet il-messaġġ tagħha billi awguratlu li jgħaddu flimkien ħafna aktar jiem ta' għeluq sninu, u b’dikjarazzjoni sempliċi iżda mimlija mħabba, kitbet, “Inħobbok.”
Awguri mill-qalb George!