“Kien Ta’ Unur U Emozzjoni Għalija Li Lbieraħ Irċevejt Is-Salib Tal-Meru Mill-Ordni Ekwestri Tas-Santu Sepulkru Ta’ Ġerusalemm” – Clifford Galea

Clifford Galea irċieva unur kbir mill-Ordni Ekwestru tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm. Hu kiteb fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu dwar dan.

“Kien ta’ unur u emozzjoni għalija li lbieraħ irċevejt is-Salib tal-Mertu mill-Ordni Ekwestri tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm mill-Kardinal Fernando Filoni, waqt ċerimonja solenni fil-Bażilika Nazzjonali ta’ Pinu,” hu kiteb. “Unur li nilqgħu b’umiltà u gratitudni, u li jservi bħala tifkira tal-valuri tal-fidi, is-servizz, id-dedikazzjoni u l-impenn lejn il-proxxmu.”

L-għan tal-EOHJS f’Malta huwa li ssaħħaħ fost il-membri tagħha l-prattika tal-ħajja Nisranija, f’fedeltà assoluta lejn il-Papa. Li ssostni l-preżenza Nisranija fl-Art Imqaddsa.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Clifford!

Ritratt:

Facebook / Clifford Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI