Il-Gvernatur Ta’ California Jibdel 548 Sentenza Tal-Mewt F’Sentenzi Ta’ Għomor Il-Ħabs

Il-Gvernatur ta’ California Gavin Newsom ħabbar deċiżjoni li permezz tagħha se jibdel is-sentenzi tal-mewt ta’ 548 priġunier f’sentenzi ta’ għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ parole.

Newsom, li ilu jopponi l-piena kapitali sostna li l-qtil ta’ persuni mill-Istat imur kontra l-valuri ta’ California u jdgħajjef il-prinċipji tas-sistema ġudizzjarja.

Ta’ min jinnota li California ilha mill-2006 ma twettaq eżekuzzjoni, filwaqt li fl-2019 Newsom kien issospenda uffiċjalment l-eżekuzzjonijiet kollha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI