Issa Uffiċjali! Stranger Things Se Jirritorna! Deċenju Ġdid, Post Ġdid U Karattri Ġodda!

Ilbieraħ kien Jum Stranger Things (6 ta’ Novembru), u miegħu ġab raġuni ġdida biex niċċelebraw: fl-2028 se toħroġ sensiela spin-off maħluqa mid-Duffer Brothers u minn Kate Trefry, kittieba ħadmet ukoll fuq Stranger Things.

Is-sensiela prequel bl-isem Other Worlds: A Stranger Things Adventure hija ambjentata fis-snin ħamsin, għexieren ta’ snin qabel ma l-grupp ta’ Stranger Things skopra konfoffa sopranaturali fil-belt żgħira tagħhom ta’ Hawkins, Indiana. Din is-sensiela l-ġdida sseħħ ukoll qabel l-avvenimenti tad-dramm teatrali rebbieħ. Stranger Things: The First Shadow, li jesplora l-passat imħawwad ta’ Henry Creel f’Hawkins fl-1959.

Ilbieraħ ħareġ l-ewwel trailer. Minn mindu bdiet fl-2016, is-sensiela Stranger Things saret fenomenu globali, b’aktar minn 1.2 biljun viżwalizzazzjoni fl-ewwel erba’ staġuni. Ir-raba’ u l-ħames staġun jikklassifikaw fost l-aktar staġuni popolari fuq Netflix ta’ kull żmien.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI