Il-Każijiet Tal-Kanċer Fir-Renju Unit Jilħqu Livell Rekord

Fl-Ingilterra, aktar minn 1,000 persuna qed jiġu djanjostikati bil-kanċer kuljum, hekk kif ir-rati ta’ skoperta laħqu livelli rekord.

Madankollu, organizzazzjonijiet tal-karità li jaħdmu fil-qasam tal-kanċer wissew li, għalkemm iċ-ċifri l-ġodda juru li l-NHS qed jidentifika aktar każijiet, xorta waħda qed jonqos milli jilħaq il-miri tiegħu rigward id-dijanjosi u t-trattament. Dejta ppubblikata mill-NHS nhar il-Ħamis uriet li fl-2024 kien hemm 373,574 dijanjosi ġdida tal-kanċer – żieda ta’ 11,833 fuq l-2023 – li tfisser medja ta’ 1,021 dijanjosi ġdida kuljum. L-NHS stqarr li din hija l-ewwel darba li n-numru ta’ dijanjosi qabeż l-1,000 kuljum.

Il-kanċer tal-prostata jibqa’ l-aktar tip komuni ta’ kanċer; id-dijanjosi żdiedu b’4.1 fil-mija biex laħqu l-61,115 fl-2024, li jammontaw għal madwar 167 dijanjosi kuljum.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI