Clifford Galea irċieva unur kbir mill-Ordni Ekwestru tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm. Hu kiteb fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu dwar dan.
“Kien ta’ unur u emozzjoni għalija li lbieraħ irċevejt is-Salib tal-Mertu mill-Ordni Ekwestri tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm mill-Kardinal Fernando Filoni, waqt ċerimonja solenni fil-Bażilika Nazzjonali ta’ Pinu,” hu kiteb. “Unur li nilqgħu b’umiltà u gratitudni, u li jservi bħala tifkira tal-valuri tal-fidi, is-servizz, id-dedikazzjoni u l-impenn lejn il-proxxmu.”
L-għan tal-EOHJS f’Malta huwa li ssaħħaħ fost il-membri tagħha l-prattika tal-ħajja Nisranija, f’fedeltà assoluta lejn il-Papa. Li ssostni l-preżenza Nisranija fl-Art Imqaddsa.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Clifford!
Facebook / Clifford Galea