Parroċċa San Sebastjan qasmu messaġġ fuq il-paġna tagħhom dwar Dun Mark Mallia Pawley, missjunarju mill-istess parroċċa, li riċentament ġie rikonoxxut b’apprezzament għas-servizz tiegħu bħala kappillan f'belt fiċ-Ċili.
Huma qalu, “Il-Parroċċa tifraħ u tawgura lil Dun Mark Mallia Pawley, saċerdot missjunarju mill-Parroċċa tagħna, li ġie rikonoxxut b’apprezzament għas-servizz tiegħu bħala kappillan f'belt fiċ-Ċili u tal-isforzi kontinwi tiegħu għal ħajja komunitarja, evanġelizzazzjoni u missjoni iktar b’saħħitha.”
Żiedu, “Nitolbu għalih fil-missjoni pastorali tiegħu f’Chañaral li din is-sena qed jiċċelebra l-193 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Nitolbu wkoll biex mill-Parroċċa tagħna jkomplu jitwieldu aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.”
Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi