“Ktibt Uffiċjalment Lill-Kollega U Ħabib Tiegħi, Is-Sindku Ta’ Kraków Fil-Polonja, Łukasz Gibała Biex Nesprimi S-Solidarjetà Tagħna Wara L-Attakk Orribbli” – Is-Sindku Tal-Belt, Olaf McKay

Ix-xeni tal-waħx tal-attakk terroristiku f’Kraków ilbieraħ kienu ta’ xokk kbir għal kulħadd, hekk kif affarijiet bħal dawn rari jiġru f’dan il-pajjiż tant sigur. Ilbieraħ waranofsinhar, raġel b’karozza qabad jispara bl-addoċċ fuq in-nies fil-pjazza. Ħamsa ġew maqtula.

Is-Sindku tal-Belt, Olaf McKay, tkellem dwar dan. “Għadni kif għamilt kuntatt u ktibt uffiċjalment lill-kollega u ħabib tiegħi, is-Sindku ta’ Kraków fil-Polonja, Łukasz Gibała biex nesprimi s-solidarjetà tagħna wara l-attakk orribbli li seħħ illum,” hu kiteb.

“M’hemmx post għall-vjolenza u l-mibegħda fis-soċjetà tagħna. Bħala Sindku tal-Belt Valletta, f’isem il-beltin kollha, wassalt messaġġ ta’ solidarjetà lis-Sindku ta’ Kraków. Il-ħsibijiet tagħna huma mal-vittmi u l-familji tagħhom. Il-Belt Valletta, tinsab spalla ma’ spalla ma’ Kraków f’dawn il-mumenti diffiċli.”

Ritratt:

Facebook / Olaf McKay

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI