Aktar minn 35,000 student se jibbenefikaw minn inizjattiva ġdida li permezz tagħha se jitqassam ħalib frisk Malti fl-iskejjel, b’investiment ta’ €1.25 miljun.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, li saħaq fuq l-importanza li jitkompla jiġi promoss stil ta’ ħajja sana u nutrizzjoni bilanċjata fost it-tfal u ż-żgħażagħ.
Il-Ministru spjega, "Flimkien mad-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix, qed inkomplu nippromwovu nutrizzjoni bilanċjata fost it-tfal u ż-żgħażagħ, filwaqt li nkunu ta’ sostenn għall-produtturi u l-prodotti lokali."
Qasam anke ritratti meħudin waqt it-tqassim tal-ħalib.
Facebook/ Anton Refalo