“€20,000 Multa Għall-Qtugħ Illegali Ta’ Siġra Protetta F’Ħal Lija” – ERA

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, ERA - Environment & Resources Authority qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ dwar deċiżjoni li ttieħdet riċenti.

Qalu, “€20,000 multa għall-qtugħ illegali ta’ siġra protetta f’Ħal Lija. It-tneħħija illegali ta’ siġar protetti ġġib magħha konsegwenzi. L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qablet li timponi multa amministrattiva ta’ €20,000 wara t-tneħħija illegali ta’ Siġra tal-Buglar protetta f’Ħal Lija.”

Żiedu, “Id-deċiżjoni ttieħdet illum mill-Bord tal-ERA, u tkompli ssaħħaħ l-impenn tal-Awtorità biex tħares l-ambjent naturali ta’ Malta u tieħu azzjoni kontra ksur tal-liġijiet ambjentali.”

Ritratt:

ERA – Environment & Resources Authority

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI