Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp Rabat tal-Imdina kienu fost il-ħafna li sellmu lir-Rev. Adrijanu J. Cachia, li llum saritlu l-aħħar tislima.
Huma qalu, “Illum tingħata l-aħħar tislima lir-Rev. Adrijanu J. Cachia. Kien proprju kważi 30 sena ilu li wettaq waħda mill-akbar ħolmiet tiegħu: il-monument ta’ San Ġużepp.”
Żiedu, “Illum, f’mument mimli emozzjoni u tifsira, il-korteo funebri se jintemm proprju quddiem dan il-monument, li jibqa’ xhieda tal-imħabba u d-devozzjoni tiegħu lejn San Ġużepp. Grazzi ta’ kollox, Dun Adrijanu. Jalla San Ġużepp iħaddnek miegħu fis-Sema.”
Kondoljanzi lill-familja kollha.