Il-preżentatur Anton Falzon kiteb dwar it-telfa li ġarrab tal-għażiż missieru. Hu jikteb messaġġ li fih anke jagħti dettalji dwar l-aħħar tislima. Bosta sellmu l-memorja tiegħu fil-kummenti.
"Ilbieraħ filgħaxija, ħalliena l-għażiż missieri, Vincent Falzon. L-aħħar tislima se nkunu qed nagħtuhilu l-Ġimgħa 13 ta' Novembru fis-14:30 fil-Knisja Parrokkjali ta' San Pietru f' Birżebbuġa. Nitlobkom tiftakru fih fit-talb tagħkom. Jistrieħ fi sliem."
Kondoljanzi minn qalbna Anton.