L-attur lokali Carlos Farrugia qed jagħmel parti mill-kast ta’ vuċijiet fit-tieni staġun tas-serje L-Iskorpjun. Hu qasam dan mal-pubbliku hekk kif beda avventura ġdida fid-dinja tad-doppjaġġ.
Carlos ħabbar li l-ewwel episodju tiegħu bħala l-vuċi tal-karattru Alfred ixxandar fuq TVM, esperjenza li ddeskriva bħala sfida ġdida u eċitanti.
Fuq il-midja soċjali, l-attur esprima s-sodisfazzjon tiegħu hekk kif il-karattru t'Alfred jieħu l-ħajja fuq l-iskrin permezz tal-vuċi tiegħu.
Huwa wera wkoll ħerqa għall-avventuri li ġejjin b'dan il-karattru, u ddeskriva din l-esperjenza bħala bidu ta’ kapitlu ġdid fil-karriera artistika tiegħu.
Prosit lil Carlos għal din l-opportunità.