Kont Taf Li Tista’ Titħallas €2,500 Fix-Xahar Talli Tmur Tgħodd Il-Pingwini Fl-Antarktika?

Għaqda Brittanika qed toffri salarju ta' €2,500 fix-xahar lil dawk li huma lesti li jmorru jgħixu għal ftit xhur fil-kesħa tal-Antarktika, fejn ix-xogħol tagħhom primarjament ikun jinkludi li jgħoddu l-pingwini.

L-għaqda tispjega li għalkemm is-salarju huwa attraenti ferm, madankollu matul dawk ix-xhur ta' ħidma jeżistu ċerti kundizzjonijiet li dawk interessati f'dan ix-xogħol iridu jkunu lesti jgħixu fihom.

Fil-fatt jidher li l-provvista tal-ilma għax-xawers fil-kontinent hi baxxa tant li l-ħaddiema jaf jagħmlu ġimagħtejn ma jistgħux jieħdu xawer jekk il-kundizzjonijiet tat-temp ma jippermettux li l-bastimenti jaslu bit-tankijiet tal-ilma.

Fuq il-midja soċjali dan il-impjieg qanqal dibattiti sħaħ. Intom titħajru tapplikaw?

Sors: Marca

Ritratt:

ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI