Il-paġna Is-Servizz Pubbliku fakkret lill-pubbliku li llum huwa Jum it-Tifkira, jum iddedikat biex jiġu onorati l-vittmi kollha li tilfu ħajjithom fil-gwerer.
F’messaġġ ippubblikat fuq il-paġna tagħha, il-paġna enfasizzat l-importanza li nżommu ħajja l-memorja ta’ dawk li għamlu tant sagrifiċċji f’isem il-paċi u l-ġenerazzjonijiet ta’ warajhom.
Fil-messaġġ tagħha, fakkret ukoll fis-simbolu tal-fjura peprina, li tirrappreżenta s-sagrifiċċju u t-tama għal futur fil-paċi.
Din il-fjura saret simbolu ta’ Jum it-Tifkira minħabba li kienet fost il-fjuri li kibru fl-artijiet tal-battalja ta’ Flanders wara l-Ewwel Gwerra Dinjija. Sinjal ta’ tifkira li jibqa’ jfakkarna fit-tbatija tal-gwerra u fl-importanza li ngħożżu l-paċi.