“Id-Domanda Fuq Fomm Kulħadd… Meta Xita?” – Aġġornament Tat-Temp

Il-paġna ‘Aġġornament tat-Temp’ qajjmet mistoqsija li bħalissa żgur li diversi Maltin qed jistaqsu. Minkejja li diġa wasalna f’nofs Novembru, għadha tinħass ħafna sħana qawwija.

Fuq il-paġna kitbu, “Id-domanda fuq fomm kulħadd… Meta xita please? Xejn ma jidher temp tax-xita bħalissa! Araw il-ħamrija kif inhi… Nieħu ċerta ritratti biex tkunu tafu f’liema sitwazzjoni ninsabu! Novembru…”

Qalu wkoll, “Bilħaqq… il-Ġimgħa Majjistral forza 5, is-Sibt Majjistral forza 6, il-Ħadd Majjistral forza 4. Il-lejl it-tajjeb ħbieb u grazzi tal-fiduċja li turu miegħi bħa;a temp fil-kummenti li tibgħatu.”

Nirringrazzjaw lil din il-paġna tal-aġġornament u nittamaw li ma ddumx ma tinżel xi ftit xita! Intom x’tippreferu? Xemx jew xita?

Ritratt:

Facebook / Aġġornament Tat-Temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI