“Aktar Kmieni Llum, Sor Giorgina Mifsud Minn Ħal-Qormi San Ġorġ, Għaddiet Għal-Ħajja Ta’ Dejjem” – Knisja San Franġisk Valletta

Il-knisja ta' San Frangisk Valletta sellmet il-memorja ta' Sor Giorgina Mifsud, permezz ta' messaġġ fuq il-paġna uffiċjali taghhom.

Huma kitbu, "Aktar kmieni llum, Sor Giorgina Mifsud minn Ħal-Qormi San Ġorġ, għaddiet għal-ħajja ta' dejjem fl-eta ta' 96 sena, wara snin twal ta' Ħajja Konsagrata fil-Klawsura ta' Sant' Ursola l-Belt. F' dan il-waqt ta' niket imma mimlijien Tama fi Kristu Rxoxt, il-Gwardjan Fra George Micallef flimkien mal-Komunita' tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt, nagħtu l-Kondoljanzi tagħna lis-Sorijiet tal-Klawsura ta' Sant' Ursola l-Belt u l-familjari tagħha. Il-Funeral tagħna se jkun qed jsir fil-Knisja ta' Sant Ursola l-Belt nhar l-Erbgħa 18 ta' Novembru fit-8.15am."

It-tbissima gustuża li għandha fir-ritratt ippubblikat tixhed il-qalb tad-deheb li kellha. Aħna mit-tim ta' Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tagħha. Il-memorja tagħha tibqa' fi qlubna għal dejjem.

Ritratt:

Facebook / Knisja San Franġisk Valletta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI