“Ħdax-Il Sena Għaddew Minn Meta Ħallietna Ommi” – Id-DJ Lokali Junior B

Id-DJ lokali Junior B iddedika kelmtejn profondi lil ommu l-għażiża.

Hu kitbilha, “Ħdax-il sena għaddew minn meta ħallietna ommi. Kienet umli, mimlija mħabba, dejjem hemm għalina, b’qalb li tagħti tant u tistenna ftit wisq lura. Xi ħaġa li taqsamli qalbi hi li t-tfal tiegħi qatt ma kellhom iċ-ċans li jsiru jafuha, jesperjenzaw l-imħabba tagħha u l-pesuna sabiħa li kienet.”

Żied jiftaħ qalbu, “Illum il-memorji jġibu dwejjaq u wens fl-istess ħin. Naf li tkun tridni nibqa’ nitbissem, inħobb lil familti, u napprezza l-affarijiet sbieħ li l-ħajja għandha x’toffri. Ħdax-il sena ħaduk minn quddiem għajnejja imma mhemmx ġurnata waħda li ħaditek minn qalbi.”

Tistrieħ fis-sliem u l-paċi.

Ritratt:

Facebook / Junior B

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI