“Skol Hu Ruħ Tajba U Ġentili Li Għandu Madwar Ħdax-Il Sena. Tħallix L-Eta` Tiegħu Tidħak Bik!” – L-AAA

L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati ntroduċewna ma’ Skol, kelb gustuż mimli mħabba li qed ifittex familja li se tagħtih dak li jixraqlu.

Fuq il-paġna spjegaw, “Skol hu ruħ tajba u ġentili li għandu madwar ħdax-il sena. Tħallix l-eta` tiegħu tidħak bik! Apparti li għandu bżonn naqra xogħol fi snienu dalwaqt, Skoll qiegħed f’saħħa tajba ħafna u għad baqagħlu ħafna mħabba u kumpanija x’jagħti! Jekk jogħġobkom xerrdu l-kelma u kkuntattjawna jekk intom interessati tagħtu d-dar li tixraq lil Skol!”

Fir-ritratti ppubblikati Skol jidher li hu kelb ċkejken ta’ kulur kannella, b’għajnejna espressivi u tbissima li tmisslek qalbek. Xerrdu l-kelma ħalli nsibulu familja mimlija mħabba! Wisq gustuż dan il-kelb!

Ritratt:

Facebook / Association for Abandoned Animals

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI