Il-Patrijiet Dumnikani Jsellmu L-Memorja Ta’ Mons. Dun Pawl Raggio Li Għadda Għall-Ħajja Ta’ Dejjem

Tħabbret l-aħbar tal-mewt ta’ Mons. Dun Pawl Raggio. Kien il-Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata fil-Birgu li wassal din l-aħbar permezz tal-mezzi soċjali, fejn fakkar il-ħidma saċerdotali tiegħu u l-imħabba li kellu lejn il-fidi Nisranija.

Fil-messaġġ tagħhom, il-Patrijiet Dumnikani kitbu, "Nitolbu lill-Mulej biex jilqgħu fi ħdanu u jagħtih il-premju tal-ħajja ta’ dejjem fis-Saltna tiegħu, li Dun Pawl tant ħabbar u ta xhieda tagħha matul il-ministeru saċerdotali tiegħu." Il-Pirjol u l-Komunità tal-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu esprimew ukoll il-kondoljanzi sinċieri tagħhom lill-familjari kollha ta’ Mons. Raggio, filwaqt li wegħduhom it-talb tagħhom għall-mistrieħ ta’ ruħu.

Il-messaġġ intemm bit-talba, "Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u d-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu. Jistrieħ fis-sliem. Ammen." Mit-tim ta’ Gwida.mt, ningħaqdu fit-talb għall-mistrieħ ta’ ruħu u nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u lil dawk kollha li kienu jafuh. Strieħ fis-sliem, Dun Pawl.

Ritratt:

Facebook / John Avellino

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI