Malta Tista’ Tkun Żewġ Logħbiet Biss ‘il Bogħod Biex Tikkompeti Fil-EURO 2028

EURO 2028

Wara d-draw ta’ 1-1 kontra Ġibiltà, Malta kisbet il-post ta’ prijorità f’League D tal-UEFA Nations League, li jista’ jwassal għal post fil-play-offs għall-EURO 2028.

Malta u l-Ażerbajġan spiċċaw bl-istess numru ta’ punti u l-istess differenza ta’ gowls; madankollu, Malta ħadet il-vantaġġ peress li skorjat ħames gowls, meta mqabbla mat-tliet gowls tal-Ażerbajġan.

"Żewġ logħbiet ’il bogħod mill-EURO 2028? Malta rebħet il-grupp tagħha f'League D tan-Nations League bla telfa u bi 8 punti, biex b’hekk tinsab fil-pole position għall-uniku biljett tal-play-offs minn League D. Il-ħolma storika li naraw lil Malta fl-ewwel tornew maġġuri tagħha qatt ma kienet daqshekk viċin," kitbet il-paġna Malta Football Association.

Għalkemm il-kwalifikazzjoni għadha ’l bogħod milli tkun garantita, tgħid Malta għad tikteb l-istorja tal-futbol fl-2028?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI