Isma’ Minn Ġismek – Ejja Nitkellmu Dwar Il-Kanċer Tal-Musrana!

Taf liema bidliet fid-drawwiet tal-musrana m’għandekx tinjora?

Il-Cancer Research and Innovation Hub Malta (CRIHM) qed jorganizza seminar b’xejn għall-pubbliku dwar il-kanċer tal-musrana u s-saħħa tas-sistema diġestiva, bħala parti mill-kampanja nazzjonali SHOW YOUR FACE FOR CANCER RESEARCH.

Is-seminar, li se jsir bil-Malti, għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar is-sintomi tal-kanċer tal-musrana, l-iscreening, il-prevenzjoni u l-importanza li wieħed ifittex parir mediku meta jinnota xi bidla mhux tas-soltu.

Professjonisti tas-saħħa u riċerkaturi se jiddiskutu s-saħħa tas-sistema diġestiva, ir-rwol tan-nutrizzjoni u tal-istorja medika tal-familja, kif ukoll kif l-iscreening jista’ jgħin biex il-kanċer tal-musrana jinstab fi stadju bikri.

L-attività se tkun ukoll opportunità biex il-pubbliku jitgħallem dwar ir-riċerka li għaddejja f’Malta u l-isforzi li qed isiru biex titjieb il-kura tal-kanċer.

📅 Data: L-Erbgħa, 18 ta’ Novembru 2026

📍 Post: Yellow Pages, il-Marsa

🕘 Ħin: Mid-9:00 a.m. sa 12:30 p.m.

Tħallix il-mistħija żżommok milli tieħu ħsieb saħħtek. Ingħaqad magħna u ejja nitkellmu dwar il-kanċer tal-musrana.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI