Mumenti ta’ ferħ li jkollhom tifsira ferm aktar profonda meta jkunu marbuta mal-memorja ta’ persuna għażiża li tibqa’ għal dejjem fil-qalb. Hekk kien il-mument speċjali li għexet Carmen Gatt waqt is-Social Policy Employee Awards 2026.
F’din is-serata, Carmen irċeviet rikonoxximent b’tifkira ta’ Godfrey, li kien jaħdem fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Għaliha, dan l-unur kellu valur emozzjonali speċjali, peress li d-dedikazzjoni u l-ħidma li wera Godfrey matul is-snin baqgħu mfakkra u apprezzati.
Carmen esprimiet il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li tawha dan ir-rikonoxximent, filwaqt li rringrazzjat ukoll lil oħtha Annette li kienet magħha f’din is-serata. Il-messaġġ tagħha ntemm bi kliem sempliċi iżda mimli mħabba: “Godfrey, dejjem kburija bik. Dan l-unur huwa tiegħek.”
It-Tim ta' Gwida.mt jifirħilha mill-qalb lil Carmen, u jalla żewġha jibqa' jiġi mfarrak bi kburija u apprezzament lejn dak li wettaq matul is-snin!
Facebook/Carmen Gatt