Malta Tidher F’GTA 6 – Waħda Mill-Aktar Logħbiet Mistennija Fid-Dinja

Malta rnexxielha ssib postha f’waħda mill-aktar logħbiet mistennija ta’ kull żmien! Il-bandiera marittima Maltija ġiet innutata fuq jott lussuż fil-logħba Grand Theft Auto VI (GTA 6), li għadha kif ġiet imnedija. Skont rapport ta' MaltaToday, il-bandiera tidher waqt missjoni bl-isem Day Release, fejn iż-żewġ protagonisti ewlenin tal-logħba, Jason u Lucia, jiġu mistiedna abbord jott lussuż minn koppja Taljana.

Ritratt: Facebook / Issam Hannachi

F’din ix-xena, wieħed jista’ jilmaħ bandiera ħamra bis-salib abjad Malti tperper fuq wara tal-jott, filwaqt li fl-isfond tidher il-belt famuża ta’ Vice City, fejn tiżvolġi parti mill-istorja tal-logħba. Din il-bandiera tintuża minn bastimenti rreġistrati taħt ir-reġistru marittimu Malti, fosthom għadd ta’ jottijiet lussużi li jbaħħru madwar id-dinja.

Grand Theft Auto VI hija waħda mill-aktar logħbiet li qajmu interess fost id-dilettanti tal-logħob elettroniku, wara snin twal ta’ stennija u aspettattivi kbar. Għalhekk, dawk kollha li se jkunu qed jesploraw it-toroq ta’ Vice City għandhom iżommu għajnejhom miftuħin, għax fost il-ħafna dettalji li toffri din il-logħba, hemm ukoll togħma ta' Malta!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI