Il-kantanta Maltija Priscilla Psaila qasmet kliem mill-qalb fuq il-midja soċjali fl-okkażjoni ta’ għeluq is-70 sena ta’ ommha, jum speċjali li fih riedet tesprimi l-imħabba u l-gratitudni kollha li għandha lejha. "70 sena ta’ mħabba, saħħa u sagrifiċċji. Grazzi ta’ kollox u talli dejjem kont hemm għalija. Nawguralek ħafna saħħa, ferħ u aktar snin sbieħ magħna. Inti teżor f’ħajti! Inħobbok immens Ma. Awguri," kitbet Priscilla.
Permezz ta’ dawn il-kelmiet, il-kantanta rringrazzjat lil ommha tas-sagrifiċċji kollha li għamlet matul is-snin u, fuq kollox, tal-imħabba u l-appoġġ li dejjem sabet mingħandha. Bla dubju, għeluq is-70 sena huwa tragward mill-isbaħ, speċjalment meta jkun iċċelebrat imdawwar bl-imħabba tal-familja.
Minn qalbna ningħaqdu ma’ Priscilla biex nawguraw lil ommha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha. Nawgurawlha ħafna saħħa, hena u aktar snin sbieħ mal-għeżież tagħha!
Facebook / Priscilla Psaila