Il-Ministru Glenn Bedingfield kiteb fuq il-paġna uffiċjali tiegħu dwar priġunieri li ntbgħatu lura pajjiżhom wara li skontaw is-setenza tagħhom, jew kienu waslu fit-tmiem tagħha.
Hu spjega, "Mill-Ħabs għall-ajruport. Bgħatna lura 15-il priġunier, fl-aħħar xahrejn. F'Ottubru u Novembru, 15-il persuna mill-Ewropa, l-Asja, l-Afrika u l-Amerika ta' Fuq li skontaw sentenza ta' ħabs, intbgħatu lura pajjiżhom. 4 minnhom kienu waslu fit-tmiem tas-sentenza tagħhom. 11 kienu skontawha. Se nkomplu b'dan il-proċess għax is-sigurtà ta' pajjiżna hija għalija prijorità assoluta."
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi mingħand persuni lokali li ferħu dwar din l-azzjoni. Nirringrazzjaw lill-Ministru tal-ħidma tiegħu.
Facebook / Glenn Bedingfield