“Sponsorjat L-Ikel KOLLU Tat-Tiġieġ Għall-Qtates Tagħna F’Jum Il-Milied” – Ackerley Pace

Ackerley Pace huwa ġuvni Malti li għandu għal qalbu ħafna l-qtates u jiddedika ħinu biex isalvahom u jieħu ħsiebhom. Illum hu rċieva rigal mill-isbaħ għall-Milied u ħass li għandu jikteb kelmtejn mill-qalb biex jirringrazzja lill-persuna li tat dan ir-rigal.

Hu kiteb, "Grazzi KBIRA lil Marija Agius Spiteri. Marija mill-qalb sponsorjat l-ikel KOLLU tat-tiġieġ għall-qtates tagħna f'jum il-Milied. Il-ġenerosita` tiegħek tfisser ħafna għalina. Grazzi għalik, ir-residenti sufin tagħna se jkollhom xi ħaġa speċjali xi jgawdu f'jum il-Milied. Grazzi talli ħsibt fil-qtates tax-xelter tagħna u għamiltilhom ħajjithom ftit iktar speċjali."

Nittamaw li dawn il-kelmtejn jispiraw iktar nies biex jagħmlu ġest sabiħ bħal dan għal jum il-Milied, għaliex l-isbaħ rigali huma dawk li jgħinu lil min ikun l-iktar fil-bżonn. M'għandniex dubju li dawn il-qtates gustużi fix-xelter ta' Ackerley se jkollhom Milied mill-isbaħ.

Ritratt:

Facebook / Ackerley Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI