Elias Kasem, Tifel Ta’ Sentejn, Ġie Rrappurtat Nieqes Lill-Pulizija

Il-paġna uffiċjali tal-Forza tal-Pulizija ta' Malta ħabbret li tifel ċkejken ta' sentejn ġie rrappurtat nieqes. Permezz ta' deskrizzjoni u ritratt tiegħu, huma appellaw għal iżjed informazzjoni biex jinstab malajr kemm jista' jkun.

Huma kitbu, "Elias Kasem, tifel ta’ sentejn, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija. Huwa deher l-aħħar fl-inħawi ta’ Triq il-Wied iż-Żejtun u kien liebes qalziet griż, qmis blu u sandli kannella. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din it-tifel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija billi jċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija."

Xerrdu din l-informazzjoni u jekk tisimgħu xi ħaġa, infurmaw lill-pulizija, ħalli ċ-ċkejken Elias jerġa' jingħaqad mal-familjari għeżież tiegħu li min jaf kemm jinsabu inkwetati fuqu. Nirringrazzjaw lill-pulizija għall-ħidma tagħhom.

Ritratt:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI