Maxine Borg kitbet fuq il-paġna tagħha dwar kemm tinsab kburija b'Chance, kelb gustuż li salvatu meta kien fi stat gravi ħafna, iżda permezz tal-imħabba u post sigur li ngħata, hu fjorixxa. B'ton ta' rabja hi esprimiet ukoll dispjaċir lejn il-persuni li ġabuh fl-istat ħażin li kien fih.
"Chance, diġa sena … u d-differenza hija waħda KBIRA. Qatt, imma qatt mhu se naħfer lil min ġabek f’dak l-istat li kont fih. Tal-mistħija u għarukża kbira! Chance issa għalaq 14-il sena. M'għamilt xejn speċjali miegħu. Tajtu biss l-aktar tliet affarijiet importanti fil-ħajja: IMĦABBA, IKEL U DAR. U kultant, proprju dawn it-tliet affarijiet huma kulma annimal għandu bżonn biex jerġa’ jsib il-ferħ u d-dinjità tiegħu."
L-imħabba verament hi forma ta' maġija, li biddlet il-ħajja ta' Chance. Filfatt, ismu tassew jixraqlu, għaliex ingħata ċans ġdid ta' ħajja!
Facebook / Maxine Borg