"17-il Sena Ilu Bħal-Lum Kienet Ġurnata Memorabbli. Kemm Ġraw Affarijiet F'Dawn Is-Snin!" – L-MP Malcolm Paul Agius Galea

Il-membru parlamentari Malcolm Paul Agius Galea kiteb messaġġ fl-anniversarju tiegħu u ta' martu Juanita. Kien bħal-lum meta qalu s-signor si u bdew il-vjaġġ tal-ħajja miżżewġa tagħhom.

"Illum l-anniversarju tat-tieġ tagħna. 17 il-sena ilu bħal lum kienet ġurnata memorabbli. Kemm ġraw affarijiet f'dawn is-snin! Kemm inbidlu affarijiet! Kemm kbirna! Ħaġa waħda biss ma nbidlitx; imħabbti lejk għażiża Juanita. Grazzi ta' kollox. Ejja ħa nkomplu l-vjaġġ tal-ħajja flimkien."

Awguri mill-qalb!

Facebook/ Malcolm Paul Agius Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI