David Aquilina Hu Eżempju Ta’ Ispirazzjoni U Dedikazzjoni Fi Ħdan Il-Malta Business Registry

Il-Malta Business Registry fakkar mument speċjali meta feraħ lil wieħed mill-impjegati tiegħu, David Aquilina, li ċċelebra l-15-il sena anniversarju tiegħu jaħdem mal-organizzazzjoni. David, li jservi bħala General Duties Officer fi ħdan ir-Reġistru tal-Kumpaniji, ġie mfakkar għall-impenn, id-dedikazzjoni u l-ispirtu pożittiv tiegħu li jispira lil kull min ikun madwaru.

Fil-post tagħhom fuq il-midja soċjali, l-MBR faħħru lil David billi qalu li l-entużjażmu u l-attitudni tiegħu huma ta’ ispirazzjoni vera għal sħabu fuq il-post tax-xogħol. “Prosit David,” temmu jgħidu, b’messaġġ li jqajjem apprezzament profond lejn il-valuri umani li jagħmlu differenza reali fil-post tax-xogħol.





Huwa sabiħ li tara persuna b’bżonnijiet speċjali mhux biss integrata, iżda wkoll stmata u rispettata fi ħdan organizazzjoni rinomata bħal din. Nies bħal David huma xhieda ħajja li, meta jingħataw l-opportunitajiet it-tajba u l-appoġġ meħtieġ, jistgħu jilħqu potenzjal kbir u jkunu ta’ ispirazzjoni għal ħafna oħrajn.

Għal ħafna ġenituri ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali, stejjer bħal ta’ David huma raġġ ta’ tama, li s-soċjetà qed timxi lejn direzzjoni fejn kull persuna, irrispettivament mill-isfidi tagħha, tista’ tħoss li tappartjeni u li l-kontribuzzjoni tagħha hija apprezzata.

Prosit mill-qalb lil David Aquilina – għall-ħidma, il-passjoni u l-eżempju pożittiv li joffri kuljum fi ħdan il-Malta Business Registry.

Google Maps / Malta Business Registry



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI