Bil-Filmat: Miriana Conte Tgħid Li Bidlet Il-Gwardarobba U Tat Il-Ħwejjeġ Kollha Tagħha Għall-Karità – X'Ġara Eżatt?

Waqt l-intervista li kellha Miriana Conte waqt TVAM, tkellmet dwar l-esperjenza li kellha din is-sena waqt il-vjaġġ tal-Eurovision Song Contest 2025. Esperjenza li għalmitha ħafna u tagħtha kunfidenza li temmen fiha nnifisha.

Grata ħafna lejn l-appoġġ li rċeviet u għadha qed tirċievi min-nies illum il-ġurnata. Appoġġ li forsi qabel ma kienx daqstant evidenti. Wara l-Eurovision kemm tfal u kbar iwaqqfuha biex ikellmuha jew jieħdu xi ritratt magħha.

Miriana ssemmi kif inbidlet ħajjitha llum il-ġurnata, b’mod pożittiv. 

“Jiena nħobb ħafna lin-nies, ġifieri kull min jgħidlek nista’ nkellmek, nista’ nieħu ritratt, jiena vera nieħu pjaċir niltaqa’ ma’ kulħadd. Kelli ċ-ċans li nsir naf ħafna Maltin… it-tfal baqgħu ossessjonati ġifieri! Jiena naf li meta nqum filgħodu u noħroġ mid-dar, someone’s gonna make my day!

Miriana titkellem dwar l-istil ta’ ħwejjeġ li tilbes illum il-ġurnata, bi gwida b’mod speċjali tal-isitilista lokali Jeandor.

“Jeandor biddilni bħala persuna, Jeandor huwa l-istilist tiegħi għal min ma jaf…anke fil-karattru kien jgħidli idħak, jekk inti tħobb tidħak, idħak! Jekk tħobb iddaħħak, daħħak! Il-karattru tiegħi hu jirriflettih fl-ilbies tiegħi. Naf li mhux gosti ta’ kulħadd, iżda aħna nieħdu pjaċir b’li nagħmlu u qiegħed fuq livell tajjeb.”

Miriana tkompli tgħid kif bidlet il-gwardarobba tagħha kompletament! Segwu aktar:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI