"Min Jafni Lili, Li Min Mindu Kont Tifel Qatt Ma’ Ridt Lil Ħadd Jitħassarni, Anzi Ninħaraq Meta Jiġri Hekk. " – Oliver Scicluna

Sfortunatament fil-ħajja mhux kulħadd ikun ta' ġid għalina, b'dak li jgħid b'mod speċjali. Oliver Scicluna qasam reazzjoni dwar xi kliem li ntqal dwaru u dwar il-kontenut li jitfa' b'intenzjoni tajba.

"Kien hemm persuna li ma’ għandiex grazzja miegħi (ma’ fiha xejn, ma’ tistax tfuħ ma’ kulħadd), li waslitli l-messaġġ li jien nikteb fuq din il-paġna biex jitħassruni n-nies. Min jafni lili, li min mindu kont tifel QATT ma’ ridt lil ħadd jitħassarni, anzi ninħaraq meta jiġri hekk."

Oliver ikompli jikteb li l-intenzjoni tiegħu qatt mhi li jaqsam il-qlub tan-nies. Ħafna wrew appoġġ fil-kummenti u kkundannaw dan it-tip ta' diskors li sar dwaru. 

Facebook/ Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI