“Awguri Fit-Tmien Anniversarju Tagħna, Qalbi Tiegħi” – L-Attriċi Gertrude Borg Marks

L-attriċi Gertrude Borg Marks illum qed tiċċelebra l-anniversarju mal-imħabba ta’ ħajjitha Jonathan Buttigieg. Permezz ta’ messaġġ emozzjonali fuq il-paġna tagħha, hi fetħet qalbha dwar kemm ifisser għaliha.

Hi kitbitlu, “Mid-deċiżjonijiet kollha li qatt għamilt, li nagħżel lilek kienet l-eħfef deċiżjoni minnhom kollha! U xorta nibqa’ nagħżlek illum, u nerġa’, għada! Qatt ma kont naf li l-imħabba u l-ferħ kienu daqshekk profondi. Awguri fit-tmien anniversarju tagħna, qalbi tiegħi.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom għal iktar snin ta’ mħabba u hena flimkien, u nisperaw li jkollhom ġurnata mill-isbaħ illum fl-anniversarju tagħhom! Tassew jidher li hemm imħabba ġenwina u sinċiera bejniethom!

Facebook / Gertrude Borg Marks

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI