Ilbieraħ miet Roscoe, l-kelb tas-sewwieq internazzjonali Lewis Hamilton li hu magħruf għas-suċċessi tiegħu fil-Formula 1.
"Kelli nagħmel l-iżjed deċiżjoni diffiċli ta' ħajti wara li Roscoe għamel 4 ijiem ibati, jsofri u jiġġieled b'kull ħjiel ta' saħħa li kellu," spjega Hamilton fuq il-midja soċjali.
Is-sewwieq Ingliż iddeskriva bħala l-aħjar deċiżjoni ta' ħajtu l-mument meta għażel li jdaħħal lill-kelb tiegħu Roscoe f'ħajtu.
"Qatt ma kont esperjenzajt l-uġigħ li jkollok traqqad il-kelb tiegħek iżda jkolli nistqarr li hija waħda mill-iżjed esperjenzi kiefra li qatt għaddejt minnhom," stqarr hu fejn saħaq li se jibqa' jgħożż il-memorja li għamel tul is-snin mal-kelb tiegħu.
Facebook / Lewis Hamilton