“Is-Sibt 4 Ta' Ottubru Ftit Jew Wisq Imsaħħab Bil-Possibilità Ta’ Xi Xita Fit-Tard” – Aġġornament Tat-Temp

Il-paġna Aġġornament tat-Temp ħabbret it-temp previst għall-ġimgħa li ġejja. Kitbu li t-Tnejn 28 ta’ Settembru se jkollna riħ forza ħamsa matul il-lejl filwaqt li matul il-jum mistenni jkun riħ forza erbgħa. L-għola temperatura li se jkollna se tkun 28 grad ċelsju.

It-Tlieta se jkun xi ftit imsaħħab u r-riħ forza tlieta. It-temperatura se tmiss it-28 grad ċelsju. L-Erbgħa se jkollna possibilità għolja ta’ xita tard filgħaxija u l-għola temperatura se tkun 26 grad ċelsju. Il-Ħamis se jkun xi ftit imsaħħab u bil-possibilità ta’ ftit xita u riħ forza ħamsa. It-temperatura se titla’ sa 25 grad ċelsju.

Żiedu jgħidu, “Il-Gimgha 3 ta' Ottubru ftit jew wisq imsaħħab u b’riħ forza 5 għal 6 majjistral. Temperatura l-għola tmiss 24°C. Is-Sibt 4 ta' Ottubru ftit jew wisq imsaħħab bil-possibilità ta’ xi xita fit-tard. Riħ forza 4 majjistral li jdur lbiċ filgħaxija forza 3. Temperatura l għola tmiss 24°C. Il-Ħadd b’waqtiet bix xita b’riħ forza 3 punent Ilbiċ. Temperatura l-għola tmiss 23 °C.”

Facebook / Aġġornament tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI