L-edizzjoni sajfija tal-programm ‘Primetime Preview’ issa bdiet. Dan il-programm ta’ Owen Bonnici jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-12:45, 16:00 u 19:15 fuq ONE. Tul dawn il-programm Owen ser narawh idur bil-karozza filwaqt li jistaqsi mistoqsijiet lill-personalitajiet u jilgħab il-logħba famuża tiegħu.
Waħda mill-personalitajiet li ser tibda tidher waqt il-programm hi Pamela. Pamela qaltlu li żmien il-pandemija kien perjodu ta’ brejk għaliha u ħaditha b’mod pożittiv. Owen xtaq ikun jaf ftit affarijiet mit-tfulija ta’ Pamela, “Konna noħorġu fit-8 ta’ filgħodu u nibqgħu sa’ tard bil-lejl fil-parapett nilgħabu”. Pamela kienet toqgħod ir-Rabat Għawdex u l-hena tagħha kien meta missierha kien jeħodha l-bajja ta’ Marsalforn.
Peress li tul il-programm, Owen beda jistaqsi l-mistoqsijiet u jsuq xtaq ftit rispons dwar is-sewqan. Pamela ma dejqet xejn tgħidlu li impressjonha. Araw u ġġudikaw intom…