Jekk għandkom subscription ta’ Netflix, mela żgur rajtu r-reklam tal-film ‘Eurovision Song Contest: The Story of Fire Saga’. Film fuq tifel li sa minn ċkunitu kellu ħolma li jirbaħ il-Eurovision. Jekk trid tarah taqrax l-artiklu għax mimli spoilers.
Nibdew billi l-film jinsab fl-ewwel post tal-film li qed jaraw il-Maltin fuq Netflix. Għalkemm mhux xi film tajjeb ħafna, għax kemm l-iskript, r-reċtar u d-direzzjoni jbatu. l-istorja tiżvolġi hekk kif Lars (Will Ferrell) ikollu kanzunetta li tgħaddi għas-semi finali tal-Eurovision ma’ Sigirt (Rachel McAdams).

Fl-istess semi-finali hemm Malta, li skont il-film ma takwista ebda punt u lanqas tikklassifika mal-għaxra li jgħaddu għall-finali. Skont il-film, jgħaddu Greċja, Kroazja, Estonia, Spanja, Olanda, Repubblika Ċeka, Svezja, Latvia, Israel u l-Islanda.

Toqgħod tqis li dan il-film ġie jiswa aktar minn 3.6 miljun ewro tapprezza kemm aħna l-Maltin għandna x’noffru fid-dinja taċ-ċinema u kemm aħna kapaċi minkejja l-baġit limitat noħorġu xi ħaġa aħjar minn dan il-film. Diżapuntati mhux li m’għaddewx lil Malta biss, iżda n-nuqqas ta’ attenzjoni fid-dettall u l-istorja bażika.
Int rajtu? X’taħseb?