Żewġ ritratti. Wieħed ta’ tifla għaddejja b’sezzjoni mat-terapista tagħha u ritratt ieħor minn avveniment tal-massa. Din l-omm tistqarr li waħda minn dawn iż-żewġ attivitajiet fir-ritratti twaqqfu.
Gwida.mt hu informat li s-sessjonijiet tat-terapija tal-vuċi fil-fatt mhumiex imħassra. Is-servizz qed jiġi offrut online u s-servizzi sħaħ se jerġgħu jibdew mill-ġimgħa d-dieħla iżda sezzjoni wiċċ imb’wiċċ u dik online tagħmel differenza kbira.
L-omm tgħid, “Hija l-prijoritajiet selettivi li ninsab imdejqa dwarhom. Kamra b’żewġ persuni hija riskju ferm inqas minn avveniment tal-massa bi 300 persuna.” Għandha punt validu ferm! Iżżid tgħid ukoll, “Li naqilbu għal online matul il-pandemija hija xi ħaġa li naqbel magħha, imma li nħallu attivitajiet tal-massa jseħħu qed intawwlu ż-żmien li mmorru lura għan-normall. Ninża’ l-kappell lil terapisti li qed jagħmlu mill-aħjar li jistgħu u jipprovdu s-servizzi tagħhom filwaqt li jiggwidaw lilna l-ġenituri f’dan il-perjodu. Li nħallu attivitajiet kbar iseħħu hija daqqa fil-wiċċ lil kull min għamel xi tip ta’ sagrifiċċju”.