“Aħna Li Għexna L-Era Ta’ Michael Jackson Aħna L-Fortunati!” – Eileen Montesin

Il-film bijografiku ta’ Michael Jackson, bl-isem ta’ Michael, huwa l-akbar film tas-sena s’issa, b’tifħir u suċċessi kbar. Il-film jiċċelebra l-ħajja tar-Re tal-Pop u juri kemm Jackson kien leġġendarju u ikoniku.

Eileen Montesin, marret tara dan il-film u f’post fuq Facebook li tellgħet flimkien ma’ ritratt tagħha ma’ poster tal-film qalet dan il-kliem, “Aħna li għexna l-era ta’ Michael Jackson, aħna l-fortunati!”

U hekk hu! Huwa ħasra li l-ġenerazzjoni tal-lum qatt mhu se tkun taf l-impatt enormi li Michael kellu mhux biss fuq l-industrija tal-mużika iżda fuq id-dinja inġenerali. Fi żmien qabel l-internet u l-istreaming, Michael kien jiddomina l-kultura pop u kien ġgant fid-dinja tal-mużika.







Ritratti:

Facebook / Eileen Montesin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI