Illum it-2 ta’ Mejju huwa Jum Harry Potter fejn fih niċċelebraw is-sensiela ta’ kotba ta’ JK Rowling u anke l-films tant popolari li huma emblemi tal-kultura pop u l-letteratura.
Kien propju l-eks Prim Ministru tar-Renju Unit, David Cameron li ddikjara dan il-jum bħala l-Jum Internazzjonali ta’ Harry Potter.
Għaliex Jum Harry Potter huwa fit-2 ta’ Mejju? Il-Battalja ta’ Hogwarts ġiet miġġielda f’din id-data fl-1998. Il-kunflitt finali tat-Tieni Gwerra tas-Sħaħar seħħ fl-Iskola Hogwarts. L-Order of the Phoenix ħarġet vittorjuża, u temmet l-aktar battalja devastanti ta’ dik il-gwerra u rriżultat f’bosta vittmi, l-aktar notevoli Lord Voldemort.
Is-serje letterarja tal-awtriċi J. K. Rowling kellha impatt sinifikanti u għandha l-Guinness World Record bħala l-aktar serje mibjugħa minn awtur wieħed b’aktar minn 500 miljun kopja mibjugħa.