L-Għarusa ġie kkonfermat bħala l-aktar drama favorita tal-Maltin u Għawdxin, wieħed jista' jgħid dan bir-raġun għax l-istorja ħakmet lil bosta u l-livell tal-produzzjoni hu wieħed b'saħħtu. Id-drama għandha element innovattiv għat-telespettatur lokali.
Fil-ħarġa ta' din il-ġimgħa ħa nkunu qed nitkellmu ma' Cassandra Spiteri u Paula Mintoff li rajniehom fis-sensiela li għaddiet, magħhom ħa tingħaqad Michela Galea li ħa tkun qed tinterpreta karattru interessanti ferm fl-istaġun li jmiss. Tgħid jiżvelaw xi sigriet minn dak li għandna nistennew?
Dan u ħafna aktar fil-Gwida ta’ din i-ġimgħa li tkun tista’ ssib għal bejgħ mill-ħwienet ewlenin minn nhar l-Erbgħa 4 ta' Settembru.
Reno Rapa