Ix-xahar ta’ Lulju huwa assoċjat mar-riżultati tal-livell ordinarju u tal-livell avvanzat għall-istudenti li poġġew għall-eżamijiet ftit tax-xhur ilu. Il-Matsec permezz tal-paġna soċjali tagħhom, ħabbret il-mod ta’ kif se jkunu qed jirċievu r-riżultati tagħhom l-istudenti tal-livell ordinarju din is-sena.
Huma jiktbu, “Kandidati tas-SEC 2025 – Oqogħdu Attenti! Issa li qed tistennew ir-riżultati tagħkom, hawn gwida qasira biex tkun taf x’se tara fuq ir-‘result slip’.”
- Paper I – “Din hija l-marka tiegħek tas-SBA (School-Based Assessment), li ġie sottomess mill-iskola tiegħek lil MATSEC.”
- Paper II – “Dan juri l-grad li rnexxielek tikseb mill-eżami finali. Grad 1 huwa l-ogħla grad possibbli.”
- Level – “Din hija l-iktar kolonna importanti, għax turi l-livell ġenerali tiegħek fis-suġġett. Livell 3 huwa l-ogħla wieħed – allura ħudu n-nifs u nawgurawlkom l-aqwa riżultat!”
Huma jtemmu bil-kllem, “Int diġà tajt dak kollu li stajt – issa wasal iż-żmien li tistenna u tittama għall-frott ta’ dak l-isforz kollu!”